F’Jannar jiżdiedu t-turisti b’7.5%

Matul ix-xahar ta’ Jannar, kien hemm żieda ta’ 7.5% fl-ammont ta’ turisti li ġew Malta. Dan ifisser li matul dan l-istess xahar, f’Malta ġew 59,928 turist. Skont statistika maħruġa mill-NSO, it-turisit qattgħu total ta’ 364,442, żieda ta’ 6.3% meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena li għaddiet.

Il-maġġoranza tat-turisti ppreferew akkomodazzjoni ta’ erbgħa stilel.

F’Għawdex, it-total ta’ turisti matul Jannar ammonta għal 2,260 filwaqt li l-ammont ta’ ljieli laħaq is-6,366. Dan ifisser żieda ta’ 15.5% u 12.3% rispettivament.