​Żieda ta’ 7.2% fil-Prodott Gross Domestiku

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) ħabbar li l-Prodott Gross Domestiku (PGD) ta’ Malta żdied b’7.2% f’termini reali fit-tielet kwart ta’ din is-sena meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra.
Fi stqarrija, l-NSO qal li l-indikazzjonijiet qed juru li l-PGD tat-tielet kwart ta’ din is-sena jammonta għal €2,829.6 miljun. Iż-żieda bejn l-istess perjodu tas-sena l-oħra kienet ta’ €249.6 miljun (9.7%).
Bejn Lulju u Settembru ta’ din is-sena il-Gross Value Added (GVA) żdied b’€186.3 miljun meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra. Dan ġie ġġenerat l-aktar minn attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi u minn servizzi amministrattivi u ta’ sapport fost l-oħrajn.
Kien hemm ukoll żieda fil-konsum finali totali bejn l-istess żewġ perjodi.