Żieda ta’ 5.8% fin-numru ta’ turisti lejn Malta

Skont statistika maħruġa mill-NSO, in-numru ta’ turisti li ġew Malta matul ix-xahar ta’ Jannar, ammontaw għal 64,887. Dan ifisser żieda ta’ 5.8% meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena li għaddiet.It-total ta’ iljieli li t-turisti qattgħu Malta żdiedu b’16.8%. Dan wassal biex il-medja li kull turist jagħmel f’Malta jiżdied għal 9 t’iljieli.

Dan l-istħarriġ juri li matul dan l-istess xahar, kien hemm mal-55,811 turist li ġew Malta għall-vaganza. Kien hemm tnaqqis fin-numru ta’ turisti li ġew Malta fuq xogħol filwaqt li kien hemm żieda f’dawk it-turisti li ġew Malta għall-ewwel darba.

Dawk it-turisti ġejjin bl-ajru żdiedu b’6%, filwaqt li dawk li wasslu Malta bil-baħar naqqsu b’19%.