Żieda ta’ 5.4% fil-persuni li qagħdu fi stabbiliment kolletiv

Matul ix-xahar ta’ Ġunju, il-persuni li qagħdu fi stabbiliment kollettiv żdiedu b’5.4% filwaqt li l-iljieli li dawn qattgħu fil-lukandi żdiedu b’0.3%.
In-numru tal-persuni li qagħdu fi stabbiliment kollettiv matul dan ix-xahar kienu jammontaw għal 157,409.
Dawn qagħdu l-iżjed fil-lukandi ta’ erba’ stilel jew 46.9% tal-persuni kollha.
Dan jirriżulta mill-istatistika tal-NSO u meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena li għaddiet.
Mill-istatistika jirriżulta wkoll li matul l-ewwel sitt xhur tas-sena, il-persuni li qagħdu f’xi stabbiliment kollettiv kienu jammonta għal 719,697.
Din tissarraf f’żieda ta’ 9.5% meta mqabbel mal-istess xhur tas-sena li għaddiet.
In-numru tal-iljieli żdiedu bi 3.4% u kienu jlaħħqu it-3.8 miljun siegħa.