Żieda ta’ 42% fil-passiġġieri għal Air Malta

Matul ix-xahar li għadda, l-Air Malta irreġistrat żieda ta’ kawżi passiġġier għal kull tnejn li ġarret l-istess xahar is-sena l-oħra.

Fi stqarrija, l-linja nazzjonali tal-arju qalet li ż-żieda ta’ 42 fil-mija fil-ġarr tal-passiġġieri meta mqabbel ma’ Ġunju tas-sena l-oħra, kompla fuq it-titjieb tax-xahar ta’ Mejju meta l-Air Malta rat żieda ta’ 38 fil-mija fil-passiġġieri minn kemm ġarret f’Mejju tal-elfejn u sbatax.

Biex f’Mejju u Ġunju, l-Air Malta ġarret 386,504 passiġġier.

L-Air Malta kompliet li 13,000 minnhom saru permezz ta’ titjiriet li ma telqux minn Malta, iżda permezz ta’ rotot ġodda li daħlet għalihom l-Air Malta minn Katanja għal Vjenna u Londra u oħra bejn Londra u Cagliari.

Dan t-tkabbir kkontribwixxa għal 50% tat-tkabbir irreġistrat mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta matul Mejju u Ġunju, fejn 89,918 passiġġier mill178,976 passiġġier addizzjonali ġew bis-saħħa tal-Air Malta.

Ir-rotta lejn Munich marret l-aħjar matul Mejju, fejn inġarru total ta’ 3,823 passiġġier, filwaqt li f’Ġunju, Katanja rat 6,742 passiġġier addizzjonali meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena l-oħra.

Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li “l-istrateġija biex niżviluppaw il-linja tal-ajru qiegħda tagħti l-frott u dawn ir-riżultati juru li l-linja tal-ajru żgur li tista’ tikkompeti fis-suq kompetittiv ferm tal-avjazzjoni u żżid is-sehem tagħha fis-suq. Dawn iċ-ċifri jawguraw tajjeb għall-futur mhux biss għall-Air Malta iżda għall-Gżejjer Maltin, li jiddependu ferm fuq il-kontribuzzjoni tal-Linja talAjru għall-ekonomija Maltija.”