Żieda ta’ 4% ta’ turisti f’Lulju

F’Lulju li għadda kien hemm żieda 4.2% fit-turisti li ġew Malta meta mqabbel ma’ dawk li ġew fl-istess xahar tal-2012. Skont statistika tal-NSO, ġew madwar 182,700 turist fix-xahar ta’ Lulju.

In-numru ta’ turisti li ġew Malta fuq btala żdiedu b’5%, waqt li naqsu dawk li ġew fuq xogħol.

L-infieq totali matul ix-xahar ta’ Lulju kien madwar €196.4 miljun, b’żieda ta’ 3% ħdejn tas-sena l-oħra.

L-aktar turisti li żaru Malta ġew mir-Renju Unit, filwaqt li fit-tieni post hemm l-Italja.