Żieda ta’ 30% fl-LSAs f’ħames snin

In-numru ta’ Learning Support Assistants (LSA) żdiedu bi 30% fl-aħħar ħames snin.
Dan joħroġ minn informazzjoni mogħtija fil-parlament mill-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Godfrey Farrugia.
In-numru ta’ LSAs fil-preżent huwa ta’ 2,171 u jinkludi 149 LSA li tinsab fuq xi forma ta’ leave. F’Diċembru 2011, in-numru kien ta’ 1,660, fosthom 105 b’xi forma ta’ leave.