Żieda ta’ 3.2% fin-nies li jaħdmu full time f’Ottubru

Matul ix-xahar ta’ Ottubru n-numru tal-persuni jaħdmu xogħol full time żdiedu bi 3.2% meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena ta’ qabel.
Skont l-informazzjoni maħruġa mill-ETC, in-numru tal-persuni jaħdmu bi qliegħ f’Malta jammonta għal 164,792.
Mill-istatistika jirriżulta li kien hemm żieda ta’ 4,859 persuna li jaħdmu full time filwaqt li kien hemm ukoll żieda ta’ 581 persuna jfittxu x-xogħol.
Il-persuni li jaħdmu part time żdiedu b’4.6% filwaqt li dawk li jaħdmu għal rashom żdiedu b’243.
Il-persuni jaħdmu kemm full time kif ukoll part time jammontaw għal 24,272 jew żieda ta’ 3.7%. 33,510 jaħdmu biss part-time. 

Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li dan huwa ċertifikat ieħor għall-Gvern immexxi minn Joseph Muscat għax minkejja l-kritika negattiva u distruttiva, il-Gvern qed jaħdem biex ikun hawn ix-xogħol u dan kollu qed jidher iswed fuq l-abjad.