​Żieda qawwija ta’ 28% għal Newsbook.com.mt

Żdiedu bi 28% in-numru ta' drabi (sessions) li s-sit tal-aħbarijiet Newsbook.com.mt ġie aċċessat bejn Jannar ta' din is-sena u lbieraħ, meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet.
Dan joħroġ minn statistika attwali li tinġabar minn Google.
Fl-istess żmien l-għadd ta' rapporti li nqraw fuq Newsbook.com.mt żdiedu bi 22%, meta mqabbla ma' dawk li nqraw fl-istess żmien fl-2016.
Din iż-żieda qawwija ta’ 22% ma kinitx żieda ta’ darba, iżda żieda li ġiet irreġistrata kull xahar ta’ din is-sena meta mqabbla max-xhur tas-sena li għaddiet.
Barra minn hekk, l-udjenzi ta’ Newsbook.com.mt żdiedu bi kważi 10%. Anke din iż-żieda ma kinitx żieda ta’ darba, iżda hija żieda li ġiet irreġistrata kull xahar ta’ din is-sena fuq ix-xhur tas-sena l-oħra.
Peress li Newsbook.com.mt hu l-iktar sit tal-aħbarijiet li hu aċċessat minn Malta (Sors: Alexa.com), kif inhu mistenni l-istejjer lokali huma l-iktar popolari. 
Id-direzzjoni ta’ Newsbook.com.mt tqis dawn iż-żidiet qawwija bħala vot ta’ fiduċja mill-qarrejja, li qed japprezzaw dejjem iżjed il-bidliet għall-aħjar li qed isiru fuq Newsbook.com.mt, u tirringrazzjahom għal dan l-appoġġ u fiduċja.