Żieda ta’ 26% fil-volum ta’ skart fil-miżbla

Skart Malta Rubbish

Il-volum ta’ skart muniċipali li ntefa' f’miżbla żdied b’26% bejn l-2013 u l-2-015.
Dan joħroġ minn informazzjoni mogħtija mill-Ministru għall-Ambjent Leo Brincat fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Marthese Portelli.
Brincat indika li fl-2013 intefa' f'miżbla 148,000 tunnellata, volum li żdiet għal 174 tunnellata sentejn wara.
Matul l-istess perijodu, l-iskart muniċipali iġġenerat żdied ‘biss’ b’10%.
Il-volum ta’ skart muniċipali li ntefa’ f’miżbla żdied anki jekk jitqies bħala persentaġġ tal-volum totali ta’ skart iġġenerat f'Malta. Fil-fatt, ir-rata żdiedet minn madwar 71.8% tal-iskart iġġenerat fl-2013 għal 80.6% tal-iskart iġġenerat fl-2015.