Żieda ta’ 2% fil-bejgħ fi 12-il xahar

F’Novembru, il-bejgħ f’Malta żdied bi 2% fuq l-istess xahar tas-sena li għaddiet u b’0.3% fuq Ottubru.
Dan jirriżulta mill-istatistika tal-Eurostat fejn għall-kuntrarju ta’ Malta, fiż-żona ewro kien hemm tnaqqis ta’ 0.3% fil-volum tal-bejgħ matul Novembru meta mqabbel ma’ Ottubru.
Dan minħabba tnaqqis ta’ 0.7% fil-fjuwils u 0.4% fi prodotti mhux tal-ikel.
Fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea kien hemm żieda ta’ 0.2% fil-volum tal-bejgħ fuq ix-xahar ta’ qabel, bl-ikbar żdidiet ikunu fir-Rumanija bi 2.6%, ir-Renju Unit b’1.8% u l-Polonja b’1.6%.