Żieda ta’ 10% fid-dħul rikorrenti tal-Gvern

Matul l-ewwel seba’ xhur tas-sena, id-differenza bejn id-dħul u l-infieq tal-Gvern kienet tammonta għal €259 miljun. Tnaqqis ta’ €333.3 miljun meta kkumparat mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet.

Bejn Jannar u Lulju kien hemm żieda ta’ €146 miljun fid-dħul rikorrenti tal-Gvern.  Dan wassal biex kien hemm tnaqqis ta’ €74.3 miljun fid-defeċit tal-Gvern.

Matul dan l-istess perjodu, id-dħul rikorrenti tal-Gvern kien ta’ €1,543.8 miljun, żieda ta’ 10.5%.