Żieda ta’ 1.9% fil-Maltin li siefru matul ix-xahar ta’ Awwissu

Matul ix-xahar ta’ Awwissu, in-numru tal-Maltin li siefru kienu jammontaw għal 38,580. Din tissarraf f’żieda ta’ 1.9% meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena li għaddiet.

86% għażlu destinazzjoni Ewropea bl-aktar preferenzi jkunu l-Italja u r-Renju Unit bi 22% u 19% rispettivament.

Is-swieq Ewropej kollha rreġistraw tnaqqis apparti dak tar-Renju Unit li ra żieda ta’ 13% fuq is-sena li għaddiet.

L-aktar li siefru kienu l-irġiel bejn il-25 u l-44 sena li kienu jammontaw għal 34% tal-Maltin li siefru.

Bejn Jannar u Awwissu kienu 229,738 il-Maltin li siefru. Dawn jammontaw għal żieda ta’ 10% meta mqabbel mal-istess tmin xhur tas-sena li għaddiet.