Żieda ta’ 1.7% fil-GDP bejn April u Ġunju

Estimi proviżorji maħruġa mill-NSO jindikaw li matul it-tieni kwart tas-sena, il-Prodott Gross Domestiku (GDP) kien jammonta għal aktar minn €1,740 miljun li tfisser żieda ta’ 3.4% meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet.

F’termini reali, il-GDP żdied b’1.7%. L-importazzjoni u l-esportazzjoni naqsu b’14.8% u 8% rispettivament.

Meta mqabbel mat-tieni kwart tas-sena li għaddiet, il-GDP bi prezzijiet kurrenti żdied b’€56.9 miljun.

Dawn ġew imqassma f’żieda ta’ €46.1 miljun f’kumpens lill-ħaddiema, €27.2 miljun f’żieda fl-operat tal-intrapriżi u €16.4 miljun f’żieda f’taxxa netta fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni.

Id-Dħul Nazzjonali Gross bil-prezz tas-suq għat-tieni kwart tas-sena huwa stmat li jlaħħaq l-€1,633 miljun, żieda ta’ 1.8% meta mqabbel mas-sena li għaddiet.