Żieda rekord ta’ każi fi Franza tnissel tħassib dwar l-imġiba taż-żgħażagħ

Partitarji ta' PSG jiċċelebraw il-kwlaifikazzjoni / WELT (ScreenShot)

Franza irreġistrat 3,776 każ ġdid ta’ Covid-19, ċifra rekord minn meta l-pajjiż ħareġ mill-lockdown li kien sar fl-ewwel fażi tal-imxija.

Minkejja dawn iż-żidiet, il-President Franċiż Emmanuel Macron elimina l-idea li jerġgħa jimponi lockdown nazzjonali. 

Il-Ministeru tas-Saħħa qal li l-indikaturi kollha qed jindikaw li filwaqt li t-trażmissjoni tal-virus qed tiżdided ma’ kulħadd, l-ikbar żieda qed tkun irreġistrata fost iż-żgħażagħ. L-iktar żoni fejn hemm każijiet ta’ Coronavirus huma l-bliet ta’ Pariġi u Marsilja.

Numru ta’ tobba esprimew it-tħassib tagħhom għall-mod li bih partitarji tat-tim ta’ Paris St. Germain iċċelebraw il-kwalifikazzjoni tat-tim għal finali tac-Champions League mingħajr ebda protezzjoni u maskri u bla osservanza tar-regolamenti tad-distanza soċjali.