Żieda rekord fil-każijiet ta’ coronavirus madwar id-dinja f’jum wieħed

REUTERS/Tracey Nearmy

Read in English.

L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa rrappurtat żieda rekord fil-każijiet globali ta’ coronavirus nhar il-Ħadd, biex b’hekk it-total tela’ għal 230,370 każ f’24 siegħa.

L-akbar żidiet ġew irreġistrati fl-Istati Uniti, fil-Brażil, fl-Indja u fl-Afrika t’Isfel, skont rapport li jiġi aġġornat kuljum. Ir-rekord preċedenti tal-WHO għal każijiet ġodda kien ta’ 228,102 fl-10 ta’ Lulju. L-għadd ta’ mwiet baqa’ ta’ madwar 5,000 kuljum.

Nhar il-Ħadd, l-għadd ta’ każijiet ta’ coronavirus madwar id-dinja kienu kważi laħqu t-13-il miljun, skont rapport ta’ Reuters, u dan jimmarka punt kruċjali ieħor fil-firxa tal-marda li qatlet lil aktar minn 565,000 persuna f’seba’ xhur.