Żieda qawwija ta’ konferenzi virtwali permezz ta’ Zoom

Zoom, programm li jipprovdi konferenzi virtwali permezz ta’ vidjo-telefonati bla ħlas, esperjenza żieda qawwija ta’ utenti hekk kif kompliet tinfirex l-imxija tal-pandemija tal-coronavirus. Skont rapporti fil-mezzi tax-xandir, fid-dawl taż-żieda kemm tal-volum kif ukoll tas-sensittività tat-tagħrif li jgħaddi minn fuq in-netwerk ta’ Zoom, l-Avukat-Ġenerali ta’ New York Letitia James kitbet lill-kumpanija biex tipprovdi dettalji dwar x’passi qed jittieħdu biex titħares il-privatezza u s-sigurtà tal-utenti.

L-użu ta’ Zoom sploda hekk kif Gvernijiet madwar id-dinja ordnaw partijiet kbar mill-popolazzjoni biex jibqgħu d-dar biex jikkontrollaw in-nuru ta’ infezzjonijiet. Zoom bħalissa qed tikklassifika bħala l-aktar u t-tieni l-aktar app użata fl-Istati Uniti u fir-Renju Unit rispettivament. Bosta qed jużaw din l-app kemm biex jitkellmu ma’ qraba u ħbieb tagħhom kif ukoll biex jorganizzaw laqgħat tax-xogħol.

Fil-passat, Zoom esperjenzat kwistjonijiet ta’ sigurtà, fost l-oħrajn il-possibbiltà li xi ħadd minn barra jneħħi persuna minn laqgħa, messaġġi foloz u hijacked screens. Utenti tal-Macs spiċċaw f’konferenzi virtwali mingħajr ma kienu jafu.

Element ta’ Zoom li kien ikkritikat kien dak li jippermetti lill-organizzatur tal-konferenza jkun jaf jekk il-parteċipanti humiex jaraw affarijiet oħra barra minn dak li għaddej fil-konferenza virtwali.