Żieda qawwija ta’ każijiet ġodda fl-Italja; 7 persuni mejta

REUTERS/Ciro De Luca

Read in English.

Kien hemm żieda qawwija fin-numru ta’ każijiet ġodda u fil-vittmi tal-Coronavirus fl-Italja f’dawn l-aħħar 24 siegħa, fejn ġew irrappurtati 642 każ ġdid, 239 aktar mill-jum ta’ qabel. Seba’ persuni tilfu ħajjithom meta mqabbla mal-4 tal-jum ta’ qabel. In-numru ta’ testijiet qed jiżdied ukoll fejn laħaq il-71,000 f’ġurnata, kważi 20,000 aktar mill-ġurnata ta’ qabel. L-ogħla żidiet fin-numru ta’ infettati kienu fil-Lombardija (+91) u fl-Emilia Romagna (+76).

Din l-informazzjoni ngħatat mill-Ministeru għas-Saħħa. L-għadd totali ta’ kuljum huwa l-ogħla mit-23 ta’ Mejju, meta kienu rreġistrati 669 każ. Għalhekk, l-għadd ta’ każijiet totali tela’ għal 255,278. L-għadd ta’ persuni mejta tela’ għal 35,412. Din it-tendenza ta’ żieda fin-numru ta’ każijiet infettati ilha tikber matul ix-xahar ta’ Awwissu, ħlief għal tnaqqis f’ċerti ġranet li ħabat ma’ tnaqqis fin-numru ta’ testijiet. 

Kien hemm ukoll żieda fin-numru ta’ pazjenti li fiqu. Kien hemm 866 persuna li fiqu mill-infezzjoni, 23 aktar fl-aħħar 24 siegħa. Kien hemm ukoll żieda fin-numru ta’ persuni li jinsabu f’kura intensiva (66, +8), filwaqt li l-għadd ta’ persuni li jinsabu f’iżolament fi djarhom żdied b’240 (l-għadd totali issa huwa ta’ 14,428). 

L-għadd ta’ persuni li issa huma pożittivi huwa ta’ 15,360 (+271). Il-pazjenti li ntbagħtu d-dar u li fiqu issa tela’ għal 204,506 (+364). L-ogħla numru ta’ persuni li qed jirċievu kura intensiva jinsab fil-Lombardija (14), filwaqt li f’Lazio hemm 229 persuni li fiequ li imma li għandhom sintomi.