Żieda qawwija fl-użu tal-food bank mit-tfal fir-Renju Unit

A woman walks along the south bank of the Thames opposite the Houses of Parliament on a foggy morning in London September 24, 2013. REUTERS/Andrew Winning (BRITAIN - Tags: ENVIRONMENT CITYSCAPE)

Fi żmien sitt xhur, sa Settembru 2020, it-Trussell Trust foodbanks qassmu għadd rekord ta’ 1.2 miljun pakkett tal-ikel ta’ emerġenza, skont dikjarazzjoni tal-organizzazzjoni.

Aktar minn 470,000 mill-pakketti ngħataw lil tfal, skont il-karità, li qed tinsisti li din hi evidenza ċara tal-appoġġ li qed ikun meħtieġ matul il-pandemija. Iċ-ċifri ma jinkludux persuni li qed jirċievu għajnuna minn organizzazzjonijiet fil-komunità, food banks indipendenti jew awtoritajiet lokali.

L-organizzazzjoni Trussell Trust tmexxi netwerk ta’ 1,300 ċentru madwar ir-Renju Unit, u skont rapport reċenti din qalet li kien hemm żieda ta’ 47% f’talbiet għall-għajnuna matul il-pandemija.

Il-karità approvat il-passi tal-gvern biex jgħin lil kull min qed jaffaċċja diffikultajiet matul dan il-perjodu tal-coronavirus, madankollu din talbet li tittieħed azzjoni aktar fit-tul. Dħul baxx, dewmien fil-benefiċċji u mard jew problemi tas-saħħa kienu l-ewwel tliet raġunijiet għalfejn persuni ġew riferuti għall-organizzazzjoni Trussell Trust bejn April u Settembru din is-sena, skont dan ir-rapport.