Żieda qawwija fis-safar lejn pajjiżi barra l-UE

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) qal li tul ix-xhur bejn April u Ġunju ta’ din is-sena is-safar lejn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea (UE) żdied b’40% li jfisser total ta’ 18.000 persuna. Dawn nefqu total ta’ €25 miljun.

L-NSO spjega wkoll li fl-UE, l-Italja u l-Ingilterra baqgħu l-aktar destinazzjonijiet popolari u jammontaw għal 49% tal-vjaġġi totali lil hinn minn xtutna.

Kien hemm ukoll żieda ta’ 9.2% tal-vjaġġi lejn pajjiżi oħra meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra, b’nefqa totali ta’ €118.3 miljun li tfisser medja ta’ €809 kull vjaġġ, temm jgħid l-NSO.