Żieda qawwija fin-numru ta’ persuni mgħarrqa fi Franza

Żieda qawwija fin-numru ta’ persuni li mietu mgħarrqa fi Franza.

Mill-bidu ta’ Lulju sal-lum huma 91 il-persuni li mietu waqt li kienu jgħumu. 36 minnhom mietu fix-xmajjar.

Il-Ministru Franċiż tal-Intern għamel appell biex l-għawwiema kollha joqgħodu aktar attenti.

Fl-istess waqt kien hemm ipponta subgħajh lejn il-fatt li hemm nuqqas fin-numru tal-Lifeguards fuq il-bajjiet.