Żieda mill-ġdid fl-imwiet u l-każi ġodda fl-Italja

Reuters

Read in English.

L-imwiet minħabba l-epidemija tal-COVID-19 fl-Italja reġgħu telgħu għal 162 nhar it-Tlieta, kontra 99 il-jum ta’ qabel, skont l-Aġenzija tal-Protezzjoni Ċivili, filwaqt li l-għadd totali ta’ każijiet ġodda żdied b’rata mgħaġġla għal 813 minn 451 nhar it-Tnejn.

L-aġenzija qalet li l-għadd totali ta’ mwiet minn meta faqqgħet il-pandemija fil-21 ta’ Frar issa tela’ għal 32,169, it-tielet l-ogħla fid-dinja wara l-Istati Uniti u l-Ingilterra.

In-numru ta’ każijiet konfermati tela’ għal 226,699 persuna, is-sitt l-ogħla fid-dinja wara l-Istati Uniti, ir-Russja, Spanja, l-Ingilterra u l-Brażil.

Persuni li huma rreġistrati infettati bil-marda bħalissa naqas għal 65,129 minn 66,553 il-jum ta’ qabel.

716-il persuna kienu jinsabu fil-kura intensiva nhar it-Tlieta, tnaqqis mill-ammont ta’ 749 nhar it-Tnejn, biex b’hekk inżammet tendenza ta’ tnaqqis. Minn dawk li kienu infettati oriġinalment, ġie ddikjarat li 129,401 kienu rkupraw mill-marda, mqabbla ma’ 127,326 il-jum ta’ qabel.

L-aġenzija qalet li 2 miljun persuna s’issa ġew ittestjati għall-virus, filwaqt li sat-Tnejn kienu ġew ittestjati 1.959 miljun persuna minn popolazzjoni ta’ madwar 60 miljun persuna.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn