Żieda f’self mill-banek lokali

Lejn l-aħħar tas-sena l-oħra, it-total monitarju f’Malta kompla jikber. Id-depożiti f’banek li joperaw f’Malta żdiedu b’7.6% mill-2016.

Id-differenza bejn l-interessi mitluba minn Banek differenti fuq self, żdied meta kkumparat mas-sena ta’ qabel.

L-akbar żieda fis-self kien fis-settur tad-djar, hekk kif minn 6.0% f’Ġunju, żdied għal 6.6% sal-aħħar ta’ Settembru tal-2017. B’kuntrast ma dan, il-kreditu għall-konsumatur u self ieħor kompla naqas. Il-persentaġġ ta’ self mill-banek magħtul is-sena naqas minn -4.4% għal -1.6% .

Dan in-nuqqas ta’ self jikkuntrasta mal-attività ekonomika kurrenti ta’ Malta. Jista’ jkun li dan kien ikkawżat minħabba sistemi ta’ finanzjament intern jew użu ta’ swieq kapitali.