Żieda fl-użu tal-mowbajl u l-broadband u tnaqqis fit-televiżjoni u l-posta

Matul l-ewwel tliet xhur tas-sena kien hemm żieda fin-numru tal-abbonati għas-servizz tat-telefon u tal-mowbajl.
Sal-aħħar ta’ Marzu, in-numru tal-abbonati f’dawn is-servizzi kien ikbar minn dak tal-istess żmien is-sena li għaddiet.
Dan jirriżulta mill-istatistika tal-Awtorità ta’ Malta għall-Komunikazzjoni (MCA) li turi żieda fin-numru ta’ telefonati u l-ħin tagħhom.  
Kien hemm żieda wkoll fl-abbonati tal-internet bil-broadband minn 144,585 sa Marzu tal-2014 għal 152,659 fl-aħħar ta’ Marzu ta’ din is-sena.
Din tissarraf f’żieda ta’ 5.6%.
Mill-istatistika jirriżulta tnaqqis ta’ 0.6% fl-abbonati tat-televiżjoni.
Il-posta wkoll esperjenzat tnaqqis ta’ 3.9% fil-volum ta’ posta mqassma.