Żieda fl-ispiża ta’ min iħaddem

F’Malta, l-ispiża tax-xogħol fis-siegħa żdiedet b’3.8% fl-ewwel kwart tal-2018 meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra.

Dan ħareġ minn stħarriġ tal-Eurostat.

L-ispiża tax-xogħol fis-siegħa tirreferi għal kemm irid iħallas min iħaddem għal kull siegħa xogħol li ssir. Iż-żewġ komponenti ewlenin tal-ispiża tax-xogħol huma l-pagi u s-salarji u spejjeż mhux relatati mal-pagi.

Fl-Unjoni Ewropea, l-ispiża tax-xogħol fis-siegħa żdiedet b’2.7%.

Fl-ewwel kwart tal-2018, f’Malta ż-żieda fl-ispiża tax-xogħol kienet ta’ 1.2% fl-industrija, 0.7% fil-kostruzzjoni, u ta’ 2.8% fis-servizzi meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2017.