Żieda fl-iljieli għall-lukandi

Fl-ewwel kwart ta’ din is-sena, kien hemm żieda ta’ kważi 8% fl-iljieli mqattgħin fil-lukandi meta kkumparat mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet. Il-lukandi ta’ kull kategorija rreġistraw żieda fl-ammont ta’ ljieli.

L-akbar żieda kienet dik minn lukandi ta’ tliet stilel bi kważi 26% u tal-erba’ stilel b’10.6%. Aktar minn nofs l-iljieli mqattgħin fil-lukandi kienu dawk f’lukandi t’erba’ stilel.

Lukandi ta’ 3 stilel u 5 stilel rreġistraw żieda fin-numru ta’ sodod okkupati.