Żieda fl-għadd ta’ viżitaturi fil-Mużew tal-Arkeoloġija

Matul is-sena li għaddiet kien hemm 65,757 persuna li żaru l-Mużew tal-Arkeoloġija fil-Belt.

Dan qalu l-Ministru għall-Kultura Owen Bonniċi fi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonniċi.
L-għadd ta’ viżitaturi fl-2014 kien jirrappreżenta żieda marġinali ta’ madwar 6% fuq is-sena ta’ qabel, meta l-għadd ta’ viżitaturi kien ta’ 62,251.