Żieda fl-ammont ta’ kotba li ssellfu mil-libreriji Maltin

Read in English.

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika sab li kien hemm żieda fl-ammont ta’ kotba li sselfu mil-libreriji Maltin.

Fi statistika maħruġa mill-NSO ġie spjegat li informazzjoni amministrattiva pprovduta mil-libreriji Maltin tindika li fl-2018 is-self tal-kotba tela’ għal 1,022,346. Dan ifisser li kien hemm żieda ta’ 111,370 self fuq is-sena 2017.

L-istatistika turi li l-akbar żieda ta’ self ta’ kotba saret fid-distrett tal-Punent ta’ Malta fejn kien hemm żieda ta’ 36.6% ta’ self. L-akbar żidiet ġew irreġistrat f’Ħad-Dingli (74.3%), Ħ’Attard (52%) u fl-Imtarfa (48.3%) rispettivament.

Ġie spjegat li meta wieħed iħares lejn il-libreriji pubbliċi, dawk tal-Isla (48.2%), Ta’ Kerċem (27.9%) u l-Kalkara (18.4%) raw l-akbar tnaqqis ta’ self ta’ kotba.

Fl-2018, il-libreriji Maltin akkwistaw 36,369 ktieb. Dan jammonta għal 20.9% inqas meta kkumparat fuq is-sena ta’ qabel. Id-donazzjonijiet tal-kotba (28.5%) u x-xiri tal-kotba ġodda (11.9%) wkoll naqas. Minkejja dan l-akkwist ta’ eBooks, jiġifieri kotba li wieħed jista’ jaqra b’mod diġitali żdied meta mqabbel ma’ snin preċedenti.

Intant, il-membri ġodda tal-libreriji pubbliċi żdiedu b’6,266 membru, jiġifieri kien hemm żieda ta’ 22.4% meta kkumparat mal-2017. Il-maġġoranza tal-applikanti kellhom inqas minn 18-il sena.

Fl-2018

Fl-2017

Fl-2016