Żieda fin-numru tal-cruise liners li waslu Malta bejn April u Ġunju

In-numru tal-passiġġieri li waslu Malta bil-cruise liners bejn April u Ġunju kienu jammontaw għal 123,364 jew żieda ta’ 5.7% meta mqabbel mal-istess xhur tas-sena li għaddiet.
Minnhom 55 żaru wkoll Għawdex.
73.7% waslu minn pajjiżi oħra membri fl-Unjoni Ewropea, bis-swieq ewlenin ikunu l-Italja, Franza u r-Renju Unit.
32,492 waslu minn pajjiżi mhux fl-Unjoni, li 37.9% minnhom waslu mill-Istati Uniti.
Mill-istatistika tal-NSO jirriżulta li matul it-tieni kwart tas-sena waslu 89 cruise liner jew 9 aktar mis-sena li għaddiet.
L-aktar li vvjaġġaw bil-cruise liners kienu n-nisa bi 53.1%. Mill-istatistika jirriżulta wkoll li matul l-ewwel sitt xhur tas-sena waslu Malta 161,502 passiġġiera bil-cruise liner, li tissarraf f’żieda ta’ 15.8%.
Bejn Jannar u Ġunju waslu 112-il cruise liner bil-maġġoranza tal-passiġġieri għal darba’oħra jkunu minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.