Żieda fin-numru ta’ turisti u fl-iljieli li qattgħu f’Malta

F’Ġunju li għadda ġiet irreġistrata żieda ta’ 9.1% fin-numru ta’ ljieli li turisti qattgħu f’lukandi u residenzi oħra ta’ akkomodazzjoni f’Malta.

B’hekk in-numru ta’ ljieli kien jammonta għal aktar minn 870,000.

Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika turi li l-kategoriji kollha tal-lukandi rreġistraw żieda fl-iljieli.

L-aktar kategorija li rreġistrat żieda kienu l-lukandi ta’ 3 stilel li rreġistraw żieda ta’ 30.4%.

Ir-rata medja tal-iljieli kienet ta’ 5.9 iljieli.

F’Ġunju kienet irreġistrata wkoll żieda ta’ 7.3% fil-wasliet tat-turisti meta mqabbel ma’ Ġunju tas-sena li għaddiet.