Żieda fin-nies li jaħdmu full-time u part-time

In-numru ta’ persuni b’xogħol full-time żdied b’1.4% f’Ottubru li għadda, meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena ta’ qabel.

Dawk li jaħdmu part-time żdiedu b’5.5%. Dawk li għandhom kemm full-time kif ukoll part-time żdiedu b’4%, li jammontaw għal total ta’ 23,500 persuna.

Persuni impjegati mas-settur privat żdiedu bi 2%. Kien hemm żieda wkoll fin-numru ta’ nisa li jaħdmu bi kważi 4%.

Sadanittant, skont statistika provduta mill-Korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ, kien hemm żieda fin-nies li jistgħu jaħdmu, b’żieda ta’ aktar minn 2,500 persuna.

Minn dawn, 2,113 persuna qed jaħdmu filwaqt li 475 persuna qed jirreġistraw.