Il-Kap Eżekuttiv tal-Grupp db Arthur Gauci qal li l-Membru Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista Jason Azzopardi qed jigdeb meta jgħid li se jkun hemm żieda fil-volum tal-iskavar fil-proġett City Centre fuq is-sit il-qadim tal-ITS.
Fi stqarrija, Gauci qal li l-proġett ma żdiedx fil-volum. Qal li bil-kontra, tnaqqsu żewġ sulari mit-torri propost u tnaqqsu żewġ sulari mill-lukanda.
Gauci qal li ż-żona ta’ quddiem il-blokka militari tniżlet taħt l-art b’aktar minn sitt metri. Partijiet oħra tniżżlu b’żewġ metri.
“Jekk Jason Azzopardi jaħseb li l-inżul tal-iżvilupp taħt l-art huwa ekwivalenti għall-bini fuq l-art, il-perċezzjoni tiegħu tar-realtà hija aktar dgħajfa milli maħsub qabel,” qal Gauci.
Skont Gauci, lanqas mhu veru li l-iskavar qed jhedded il-bini storiku li hemm. Qal li ma jistax ikun li jkun hemm theddida bħal din.
Gauci qal li m’għandhomxxejn x’jaħbu u li m’għandhom xejn minn xiex jibżgħu.
Fuq Facebook, Jason Azzopardi qal li l-Grupp db żied b’mod tremend il-volum tal-iskavar minn l-ewwel peremess li ġie kkanċellat mill-Qorti s’issa. Hu qal li hemm dokument tal-ERA li jikkonferma dan.
Azzopardi staqsa jekk hemmx xi ħadd li jirriskja li jaħli l-miljuni fl-iskavar ta’ aktar art milli jista’ jingħata permess biex jibni mill-Awtorità tal-Ippjanar.
DB has increased tremendously the volume of excavation (ERA doc confirms this) since the first permit (now annulled by…
Posted by Jason Azzopardi on Monday, September 2, 2019
Fil-31 ta’ Awwissu, Jason Azzopardi qal li fir-risposta tal-ERA għall-applikazzjoni ġdida ta’ skavar sab li se jkun hemm żieda ta’ 40,000 metru kubu ta’ skavar fil-pedamenti.
“Din hija aħbar xokkanti,” qal Azzopardi li qal li dak il-volum huwa daqs żewġ grounds tal-futball b’żewġ sulari taħthom.
Fir-risposta tal-ERA ghall-applikazzjoni gdida ta' skavar fil-progett tad-DB f'Pembroke sibt li ser ikun hemm ZIEDA TA'…
Posted by Jason Azzopardi on Saturday, August 31, 2019