Żieda fil-vittmi ta’ vjolenza domestika li jmorru l-isptar – Fearne

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li l-persuni li ddaħħlu fid-Dipartiment tal-Emerġenza minħabba vjolenza domestika f’dawn l-aħħar tliet snin żdiedu b’mod qawwi u fl-2020 diġà kien hemm sitt każijiet.

Il-Ministru għas-Saħħa kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Laburista Silvio Grixti. Fearne qal li dawn huma biss il-każijiet li jinqabdu peress li l-persuni stqarru li kienu vittmi ta’ vjolenza domestika.

“Jekk persuna tmur fid-Dipartiment tal-Emerġenza minħabba xi korriment u ma ssemmix li kien ikkaġunat minn vjolenza domestika, dawn il-każijiet ma jistawx jinqabdu u għalhekk ma jidhrux fit-tabella hawn taħt,” stqarr Fearne.

SenaNumru ta’ attendenzi fid-Dipartiment tal-Emerġenza f’Mater Dei.
201723
201840
201964
2020 (sal-5 ta’ Frar)6

Dawn l-aħħar ġimgħat ġiet diskussa iżjed il-vjolenza domestika wara l-qtil ta’ Chantelle Chetcuti mill-eks sieħeb tagħha f’Ħaż-Żabbar fit-2 ta’ Frar. Hija kienet għamlet rapport dwar vjolenza domestika lill-Pulizija fl-2013.