Żieda fil-profitt għall-MIA

Il-kumpanija li topera l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, ħabbret li għamlet profitt ta’ kważi €12.5 miljun.

Dan ifisser żieda ta’ 4.7% fuq is-sena ta’ qabel.

Għalkemm kien hemm żieda ta’ 4% fil-passiġġieri li użaw l-ajruport meta kkumparat mas-sena preċedenti, id-dħul minn dan is-settur naqas bi kważi miljun ewro.

Madankollu, żdied id-dħul minn negozju u l-propjetà minn €12.6 miljuni għal ftit aktar minn €14-il miljun.

Kien hemm ukoll żieda fil-profitt qabel it-taxxa; il-qligħ żdied minn €18.92 miljuni għal €19.46 miljuni, li jissarraf f’żieda ta’ 2.8%.