Żieda fil-prezz ta’ ċertu prodotti tas-sigaretti

Diversi prodotti ta’ sigaretti kellhom żieda fil-prezz mill-ewwel jum ta’ dan ix-xahar. Iż-żieda fil-prezz hija dik ta’ 10ċ.

Dan japplika biss għas-sigaretti li nħarġu għall-bejgħ minn dakinhar ‘il quddiem.

Skont il-liġi tas-sisa, il-prezz tas-sigaretti li kienu diġa’ fis-suq ma jistax jiġi miżjud u għalhekk iridu jibqgħu jinbiegħu bil-prezz ta’ qabel.