Filmat: Żieda fil-pagi tal-infermiera u l-qwiebel – Fearne

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li se jkun hemm żieda fil-pagi tal-infermiera u l-qwiebel.

Dan qalu waqt konferenza tal-aħbarijiet wara l-iffirmar ta’ ftehim settorjali mal-Unjin tal-Infermiera u l-Qwiebel Maltin (MUMN). Fearne qal li dan kien proċess li ħa t-tul tiegħu imma li kien ta’ sodisfazzjon kemm għall-Gvern kif ukoll għall-MUMN. Skont Fearne, kien hemm żieda ta’ 400 infermiera mill-2013 s’issa għan-numru preżenti ta’ 3300.

Il-President tal-MUMN Maria Cutajar qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-ftehim jindirizza l-problemi u l-isfidi li l-infermiera u l-qwiebel jiffaċċjaw “fir-rigward tan-nuqqas”. Fearne qal li l-ftehim ma kienx wieħed faċli li tul il-proċess kien hemm ukoll tlett ijiem ta’ azzjonijiet industrijali.