Żieda fil-lezzjoni tal-attività fiżika lill-istudenti tal-iskola Primarja San Benedittu

Il-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop laqa’ fih l-istudenti tal-ħames klassi mill-iskejjel primarji tal-Kulleġġ San Benedettu f’attività li kellha l-għan li tiċċelebra l-inizjattiva ġdida li ttieħdet mill-Kulleġġ billi żżid il-ħin li l-istudenti jkunu involuti f’attività fiżika.
Kienet ix-xewqa tal-istudenti li jkollhom aktar attività fiżika waqt il-ħin tal-iskola. 
L-amministrazzjoni tal-Kulleġġ San Benedettu rat li tissodisfa din ix-xewqa tat-tfal u bdiet taħdem fuq din l-inizjattiva sa mill-bidu tas-sena fejn talbet għal aktar riżorsi umani u l-ammont ta’ għalliema tal-edukazzjoni fiżika tela’ għal sebgħa. 
Issa l-istudenti se jibda jkollhom żewġ lezzjonijiet flok waħda f’ġimgħa, b’enfasi fuq il-ħiliet bażiċi ta’ kull sport. 
Minbarra hekk l-amministrazzjoni tal-Kulleġġ laħqet ftehim ma’ SportMalta sabiex l-użu tal-faċilitajiet tal-Kumpless ta’ Ħal Kirkop ikunu aktar frekwenti. 

Ritratt: DOI – Pierre Sammut