Żieda fil-kwota tat-tonn

Waqt laqgħa mal-Ministri Ewropej għall-Agrikoltura u Sajd fil-Lussumburgu, is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri qal li l- Gvern Malti qed jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni li permezz tagħha se jkun hemm żieda sostanzjali fil-kwota tat-tonn.

Waqt din il-laqgħa ġiet diskussa wkoll il-problema li sajjieda Maltin qed jaffaċċjaw mad-dgħajjes possibilment Tuneżini dwar is-sajd tal-lampuki. Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd spjega li l-Kummissjoni dehret b’mod ċar li se tkun qiegħda tafferma l-pożizzjoni ta’ Malta sabiex tinstab soluzzjoni għal din il-problema.

Clint Camilleri qal li huwa jifhem li l-awtoritajiet Tuneżini wkoll jixtiequ li jsolvu din il-problema għax qed jaħsbu li ħafna minn dawn il-bastimenti qed jagħmlu dan is-sajd b’mod illegali u mhux liċenzjat.