Żieda fil-bejgħ tal-frott u l-ħaxix

Il-provvista tal-frott u l-ħaxix għat-tieni kwart tas-sena kienet tammonta għal 12.6 miljun kilogramma, li tissarraf f’żieda ta’ 5.1% meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet.

Il-bejgħ bl-ingrossa ra żieda ta’ 14% minn €5.3 miljun għal €6.1 miljun.

Il-provvista tal-frott frisk naqset b’26.6% filwaqt li l-bejgħ bl-ingrossa żdied bi 19% għal €1.2 miljun.

11.6 kilogramma ta’ frott frisk u ħaxix waslu mingħand il-bdiewa Maltin. Dawn kienu jammontaw €5.5 miljun. 

Il-bdiewa Maltin kkontribwew għal 92% tal-frott u l-ħaxix fis-suq.

Il-bdiewa Għawdxin ipprovdew 8% jew miljun kilogramma ta’ frott u ħaxix, bil-valur jiżdied għal 12.3% meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet.