Żieda fl-applikazzjonijiet għall-ażil

Is-Sirjani, l-Afgani u Venezwelani bejniethom tefgħu kwart tal-applikazzjonijiet kollha

Refuġjati mill-Venezuela jaqsmu lejn il-Brazil
In-numru ta’ applikazzjonijiet għall-ażil f’28 pajjiż tal-UE, Svizzera u in-Norveġja, żdied bi 26 fil-mija għal 62,900 f’ Lulju meta mqabbel mal-istess xahar is-sena ta’ qabel.

L-aġenzija EASO fi stqarrija qalet li sa mill-bidu tas-sena l’hawn, kien hemm 400,500 applikazzjoni, 11 fil-mija aktar mis-sena l-oħra. Madanakollu, dawn il-figuri jibqgħu baxxi meta mqabbla mal-kriżi tal-2015-2016, meta l-Unjoni Ewropea rat l-applikazzjonijiet f’Lulju leħqu 122,000.

Is-Sirjani, l-Afgani u Venezwelani bejnithom tefgħu kwart tal-applikazzjonijiet kollha, waqt li ċ-ċittadini  tal-Iraq, Pakistan u Turkija fost l-aktar li tefgħu applikazzjonijiet.

Sa l-aħħar ta’ Lulju kien hemm 456,000 ċittadin qed jistenna risposta fuq l-applikazzjoni tiegħu.