Żieda b’20% ta’ passiġġieri li qasmu bejn Malta u Għawdex

Fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena, il-passiġġieri li qasmu bejn Malta u Għawdex żdiedu b’20%, meta mqabbel mal-istess tliet xhur tas-sena l-oħra.
L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li b’din iż-żieda ta’ b’168,000 ruħ fl-ewwel tliet xhur ta-sena, inqabżet iċ-ċifra ta’ miljun passiġġier li vjaġġaw bejn Malta u Għawdex.
Il-vetturi żdiedu wkoll bi 18%, hekk kif aktar minn 300,000 karozza vjaġġaw bejn Malta u Għawdex.
Dan ifisser li kważi 47,000 aktar milli vvjaġġaw mis-sena l-oħra.
B’din iż-żieda l-vapuri tal-Gozo Channel għamlu aktar minn 5,000 vjaġġ, jiġifieri żieda ta’ 573 vjaġġ, milli kienu għamlu fl-ewwel tliet xhur tas-sena l-oħra.