
Read in English.
L-aħħar ċifri uffiċjali mill-awtoritajiet Ċinizi wrew żieda allarmanti fil-każijiet tal-coronavirus.
Dan kien l-ogħla ammont ta’ każijiet – 108 – f’dawn l-aħħar sitt ġimgħat.
Il-każijiet kienu kkawżati l-aktar minn nies li daħlu minn barra fiċ-Ċina u hekk kif l-awtoritjiaet qed jistinkaw biex jevitaw it-tieni mewġa ta’ infezzjonijiet mill-coronavirus u li tista’ tħott ħafna mill-progress li sar s’issa fiċ-Ċina.
L-aħħar ċifri wrew li kien hemm 108 kaz ġdid ta’ coronavirus, meta ċ-ċifra ta’ qabel kienet ta’ 99 każ. Dan kien l-ogħla ammont ta’ każijiet fiċ-Ċina minn mindu fil-5 ta’ Marzu kienu reġistrati 143 kaz.
Bekk issa l-każijiet konfermati fiċ-Ċina hu ta’ 82,160 filwaqt li l-imwiet huma 3,341 wara li kien hemm żewg imwiet oħra.