Zidane jisħaq li l-injury ta’ Bale mhix inkwetanti

ll-manager ta' Real Madrid, Zinedine Zidane, saħaq li l-injury li sofra Gareth Bale waqt it-taħriġ matul il-ġurnata tat-Tlieta mhix waħda inkwetanti u b'hekk dan il-player għandu jirritorna għat-taħriġ b'mod normali ma' sħabu fil-jiem li ġejjin. Intant, Zidane saħaq li huwe tal-fehma Real Madrid għadhom l-aktar team b'saħħtu fi Spanja u b'hekk żgur li matul l-istaġun li ġej se jerġgħu jisfidaw bis-sħiħ għar-rebħ tal-unuri prinċipali. Zidane iddeskriva l-ambjent fid-dressing room ta' Real Madrid bħalissa bħala wieħed mill-aqwa.
Għal aktar aħbarijiet mix-xena tal-isports, agħfas hawnhekk.