Zidane jgħid li kapaċi jelimina lil Liverpool miċ-Champions League

Real Madrid huwa wieħed mit-timijiet li spiċċaw ikkwalifikaw mill-gruppi taċ-Champions League fit-tieni post. B’hekk meta tittella’ l-polza tal-aħħar 16, jista’ jkun li jilagħbu kontra Liverpool.

It-timijiet l-oħra li Liverpool u dawk kollha li għaddew mill-gruppi u ġew fl-ewwel post jistgħu jilagħbu kontra huma; Atletico Madrid, Lyon, Borussia Dortmund u Atalanta.

Meta kien mistoqsi dwar il-potenzjal ta’ rematch tal-Finali taċ-Champions League tal-2018, il-Maniġer ta’ Real Madrid Zinedine Zidane deher kunfidenti. Hu qal li jekk jilagħbu kontra Liverpool, se jeliminawhom mill-kompetizzjoni. Hu qal dan b’nofs ċajta.Mit-timijiet l-oħra, l-aktar logħba faċli fuq il-kotba tidher li hi kontra Atalanta, bit-tieni jkunu Lyon, iżda wieħed irid jara kif jiġi l-logħob. Il-polza se tittella’ nhar it-Tnejn 16 ta’ Diċembru.