Zidan jappella biex il-partitarji jieqfu jgħajru lil Bale

Il-maniġer ta’ Real Madrid Zinedine Zidan appella lill-partitarji Spanjoli ta’ Real Madrid biex jieqfu jgħajjru li Gareth Bale.

L-attakkant ta’ Wales irċieva taħlita ta’ tifħir u tgħajjir meta daħal bħala sostitwit fil-logħba li rebħu 3-1 kontra Real Sociedad. Din kienet l-ewwel darba li ngħata ċ-ċans jilgħab sew wara seba’ ġimgħat li nqalgħat il-kontroversja. Bale deher jiċċelebra f’Cardiff b’bandiera ta’ pajjiżu u fuqha kien hemm miktub ‘Wales. Golf. Madrid’.

Zidan qal li jispera li dan l-atteġjament mill-partitarji ma jkomplix għaddej. Spjega kif dejjem ikun jixtieq li l-partitarji juru sapport lit-tim mill-bidu sal-aħħar, iżda hu m’għandux kontroll fuq dan.