Żgħażugħ ta’ 20 sena jmut waqt l-Asia Talent Cup

Sewwieq żgħażugħ ta’ 20 sena miet wara li kien involut f’inċident waqt il-Malaysia Sepang International Circuit.

Afridza Munandar kien qed jikkompeti fl-Idemitsu Asia Talent Cup li eventwalement setgħet waslitu għall-MotoGP. L-Indoneżjan, li kien qed jikkompeti għat-titlu kellu jingħata l-kura fil-ġenb tat-trakka mit-tim mediku li kien fuq il-post. Wara ftit tal-ħin kellu jittieħed lejn l-isptar ta’ Kuala Lumpur.

It-tellieqa ġiet iħassra iżda s-sewwieqa aktar tard ivvutaw biex ikomplu bit-tieni jum ta’ tlielaq illum. Kollha qablu li se jagħmlu minuta silenzju qabel jibdew.

It-tellieqa se ssir għall-memorja ta’ Afridza Munandar.