Żagħżugħ jeħel 3 snin probation wara li seraq f’Għawdex

Read in English.

Il-Pulizija arrestat u ressqet quddiem il-Qorti ta’ Għawdex żagħżugħ ta’ 17-il sena mill-Marsa. Hu ġie akkużat li nhar il-5 ta’ Ottubru seraq ammont ta’ flus kontanti minn stabbiliment fi Triq il-Menqa f’Marsalforn, limiti taż-Żebbuġ Għawdex.

Is-serqa seħħet għall-ħabta tas-1:40am.

Skont stqarrija maħruġa mill-Pulizija, iż-żagħżugħ wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Hu tqiegħed taħt ordni ta’ probation għal perjodu ta’ tliet snin. Hu ġie ordnat iħallas ukoll is-somma  ta’ €172.45 lill-vittma f’perjodu ta’ tliet snin.