Żgħażagħ vulnerabbli mgħejjuna mill-President

President-launch-of-Skatepark

Read in English.

Iktar minn €600,000 ġew investiti mit-Trust tal-President f’sitt proġetti innovattivi u bħalissa qed issir il-ħidma fuq tliet inzjattivi oħra li huma immirati biex jgħinu żgħażagħ li huma vulnerabbli u f’riskju ta’ esklużjoni soċjali jew ta’ faqar. Dan sar magħruf wara li ġew ippubblikati ċ-ċifri waqt it-tielet anniversarju mit-twaqqif tat-Trust tal-President.

€4.5 miljun ġew investiti f’The Emanuele Cancer Research Foundation. Din l-entità hi l-ewwel waħda ta’ tip tagħha f’Malta li tagħmel riċerka dwar il-kanċer. L-entità ġiet mħabbra f’Novembru u hi b’kollaborazzjoni bejn l-Università ta’ Malta u l-Fondazione Terzo Pilastro, Internazionle.

Ix-xogħol li sar mit-Trust jinkludi partnership ma’ Blossom Foundation, fejn it-Trust providiet counselling lil 220 tifel u tifla li jattendu l-iskola primarja ta’ San Pawl il-Baħar. It-tfal għandu problem soċjali iżda dal-proġett qed jirnexxillu b’suċċess jindirizza l-problemi tat-tfal, b’ħidma li qed issir mal-amministrazzjoni, għalliema u LSAs u tlett counsellors li kienu mpjegati apposta biex joffru sapport psikosoċjali lit-tfal. It-Trust kompliet toffri das-servizz f’San Pawl il-Baħar u estendiet is-servizz għan-Naxxar Middle School wara li ġiet mitluba tagħmel dan.

Proġett ieħor huwa dak ta’ Spark, li huwa l-frott ta’ ħidma flimkien mal-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa u l-Aġenzija Żgħażagħ biex jinbena skate park f’Birżebbuġa għaż-żgħażagħ fiż-żona u b’hekk ikollhom fejn jipprattikaw dan l-isport mingħajr ma jipperikolaw ħajjithom fit-toroq.

It-Trust tal-President twaqfet f’2015 u tinkludi fiha negozjanti, akademiċi u professjonisti li bejnithom jinħolqu kollaborazzjonijiet biex b’hekk il-proġetti jkollhom impatt tanġibbli.