Żgħażagħ Russi jisirqu aktar minn 1.2 biljun password minn siti elettroniċi

Kriminali żgħażagħ Russi rnexxilhom jisirqu aktar minn 1.2 biljun passwords u kredenzjali oħra tal-kompjuters kif ukoll 500 miljun imejl.
Kumpanija tas-Sigurtà fl-Istati Uniti żvelat kif dawn il-kriminali ġabru din l-informazzjoni kunfidenzjali minn 420,000 sit elettroniku fosthom Adobe.
Hold Security, il-kumpanija li żvelat dan il-każ qalet li ma tistax tgħaddi iżjed informazzjoni għalissa u lanqas ma trid li ssemmi s-siti elettroniċi li minnhom insterqet l-informazzjoni tal-klijenti.
Intqal li l-kumpaniji wara dawn is-siti ġew infurmati u ttieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa.
F’Diċembru tal-2013, 40 miljun numru tal-karta tal-kreditu u 70 miljun indirizz, numru tat-telefon u infomazzjoni oħra personali nsterqu mis-sit tal-kumpanija Target, minn kriminali mil-lvant tal-Ewropa.
Skont Hold Security, filwaqt li klijent faċilment jista’ jibdel jew ikkanċella l-karta tal-kreditu mhux l-istess għall-imejl jew l-indirizz tad-dar.
Għalhekk qed iwissu biex jintużaw passwords differenti għal siti differenti u mhux dejjem tintuża l-istess password