Żgħażagħ Pollakki, intom imwielda għal affarijiet akbar

“Kunu kuraġġjużi! Id-dinja għandha bżonn l-indipendenza ta’ moħħkom, il-kunfidenza li biha tħarsu lejn il-futur, l-għatx tagħkom għall-verità, it-tjubija u s-sbuħija”, qal il-Papa Franġisku liż-żgħażagħ Pollakki.

Il-Qdusija Tiegħu l-Papa, bagħat messaġġ lill-Isqof Piotr Libera ta’ Plock fil-Polonja, fl-okkażżjoni tal-450 anniversarju mill-mewt ta’ San Stanislaw Kostka li għex bejn l-1550 u l-1568, li kien novizz Ġiżwita. Kien miet fl-età ta’ 18-il sena.

“J’alla San Stanislaw jgħallimkom ma tibżgħux tarl-riskju jew tal-ħolm tal-ferħ veru, li ġejjin u jiggarantihom Ġesù Kristu”, kieb il-Papa filwaqt li kkwota mid-diskors li kien għamel fi Krakow sentejn ilu fl-okkażżjoni tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ. “Ġesù hu Alla tar-riskju. Hu Alla ta’ aktar ‘l hinn. Irid li jdejkom ikomplu jibnu d-dinja tal-lum. Irid jibni magħkom”.

Il-Papa ta liż-żgħażagħ il-programm mill-motto tal-qaddis żagħżugħ Pollakk “Mill-Ġenna San Stanislaw jispirakhom u l-motto tiegħu jispirakhom: “Ad maiora natus sum” – Jien twelidt għal affarijiet akbar.

Stanislaw Kostka, twieled fl-1550 f’Rostkow u fil-1564 iddedika ruħu għall-istudji klassiċi fi Vjenna. Kien ispirat mill-Madonna biex jingħaqad mas-Soċjetà ta’ Ġesù u għax missieru ma riedux, fl-1567 telaq mid-dar u terraq tul il-Ġermanja.

Hu wasal Ruma u daħal fin-novizzjat Ġiżwita fejn kien aċċettat minn San Franġisk Borgia. Miet f’Ruma fil-15 ta’ Awwissu tal-1568 meta kien laħaq grad għoli ta’ qdusija.  Fl-1726, il-Papa Beneditttu XIII għamlu qaddis.